Min f’rokontu għandu l‑barrada, jaf jidħaq b’sena farrada.
Min jaħżen l‑ikel ma jkollux għalfejn jinkwieta meta tiġi sena ħażina għar‑raba’, bl‑istess mod li min ifaddal il‑flus isibhom meta jiġi żmien ħażin. Barrada hija ġarra.
L‑EQREB EKWIVALENTI BL‑INGLIŻ
Save for a rainy day.