Ixtri l-qawqama u l-qawqam; billejl aħdem tiegħek, binhar aħdem tas-sultan.Jeħtieġ li tagħmel sforz kbir biex tleħħaq ma' kollox fil-ħajja. Qawqama hija baqra u qawqam huwa barri.
Malta ommna l-ħanina.Malta maħbuba ħafna mill-Maltin, minkejja li r-riżorsi naturali tagħha huma limitati ħafna.
Aktar ma jkun ikkultivat, aktar ikun abbandunat.Bl-istess mod li d-dielja tikber aħjar fuq il-blat milli fir-raba' saqwi, aktar ma tagħti kas ta' persuna aktar dik il-persuna ma tagħtix kasek.
Aktar rabbata minn ħassada.Aktar hemm min qed iħares milli jaħdem. Rabbata kienu dawk li jorbtu l-qatet u l-ħassada kienu dawk li jaħsdu.