Wara l‑mejkla hemm min jerġa’ għax‑xogħol, u hemm min jiġri għall‑miġles.
Wara l‑ikla, hemm min jerġa' jmur lura għax‑xogħol mill‑ewwel biex ma jitlifx ħin u hemm min imur jistrieħ qabel ikompli fuq xogħlu. Mejkla tfisser ikla żgħira u miġles huwa bank tal‑ġebel mingħajr dahar, li kienu joqogħdu bilqiegħda fuqu fl‑imgħoddi f'xi kappelli jew knejjes.