Meta nkunu magħqudin inkunu iżjed b’saħħitna u x-xogħol isir iżjed malajr.
Min jirkeb jeħtieġlu jniegħel.
Fost l-ixirka min jaħdem u min għażżien.
Hemm min jaħdem u hemm min ma jrid jagħmel xejn.
Min isuq wisq ħażin jogħtor il-ħmar.
Min f'xogħlu ma jurix impenn, ibati u ma jagħmlux sew.
Id-driegħ għall-ħidma u r-ras għall-misra.
Il-ġisem qiegħed għax-xogħol fiżiku u l-moħħ qiegħed għax-xogħol mentali. Misra tfisser ippjanar.
L-irqad jagħmel il-ħmira.
Huwa importanti li torqod sabiex iġġib lura saħħtek u tissokta b'xogħlok.
Bidu tajjeb nofs ix-xogħol.
Meta x-xogħol jibda bit-tajjeb l-affarijiet imorru sew u tgħaġġel iżjed.
L-għażżien xogħlu għali.
Jekk tħaddem għażżien, tħallsu wisq għall-ftit xogħol li jagħmel.
Aktar ma ndumu nakkordaw milli ndoqqu.
Qed naħlu iżjed ħin nippreparaw milli naħdmu.
Il-bniedem ħaddmu għal rasu biex tkun taf x’jiswa.
Tara bniedem kemm hu kapaċi meta tħallih jagħmel biċċa xogħol waħdu.
Ix-xemgħa tixgħel u l-purċissjoni wieqfa.
Hemm xi jsir iżda ħadd ma jrid jaħdem.
Min isuq wisq ħażin jogħtor il-ħmar.
Min f'xogħlu ma jurix impenn, ibati u ma jagħmlux sew.
Jekk jgħaddas rasu l-imgħallem, jerfa’ rasu l-lavrant.
Jekk l-imgħallem ma jagħtix kas, ma jkunx hemm dixxiplina fuq ix-xogħol.
Bis-swat u biż-żmien jitbiżżel l-għażżien.
Bit-tbatija li jġib fuqu nnifsu, l-għażżien ikollu jitgħallem ikun bieżel ukoll.
Bil-ftit tal-għira kollox jieħu x-xejra.
Biex tagħmel biċċa xogħol tajba trid tagħmel moħħok hemm.
L-għodda iġborha u għoddha.
L-għodda tiegħek ħu ħsiebha sew.
Imċappas bid-demm u laħam ma jikolx.
Tagħmel ix-xogħol inti u ġieli tispiċċa ma tgawdi xejn minnu.
Il-bniedem għax-xogħol maħluq.
Mingħajr xogħol il-bniedem bla direzzjoni.
Ħobż u basal u strieħ xħin tasal.
Qabel kienu jieqfu minn biċċa xogħol meta jlestuha biss, u mhux qabel. Kienet ħajja diffiċli.
It-tbakkir jagħti s-saħħa.
Tħoss li jkollok iżjed enerġija meta tbakkar (tqum kmieni) għax-xogħol.
Ċallas ballas ħażin taħdem u agħar titħallas.
Ix-xogħol li jsir ħażin ma ħaqqux jitħallas.
Min isuq wisq ħażin jogħtor il-ħmar.
Min f'xogħlu ma jurix impenn, ibati u ma jagħmlux sew.