Min juri ħeġġa għax-xogħol nies bħalu jfittex. Ħierek tfisser xi ħadd li jitħarrek, jiġifieri li jmidd idejh għax-xogħol.
Min jidra bis-sisija, la jrid xogħol u lanqas tbatija.
Ma tismax minni, ma tikolx ħobżi.
Jew tagħmel kif ngħidlek jiena, jew ma nqabbdekx tagħmel xogħol iżjed.
Min jibda tajjeb għandu nofs it-triq.
Min jibda biċċa xogħol tajjeb, ikompliha tajjeb.
Ix-xemgħa tixgħel u l-purċissjoni wieqfa.
Hemm xi jsir iżda ħadd ma jrid jaħdem.
Bil-ftit tal-għira kollox jieħu x-xejra.
Biex tagħmel biċċa xogħol tajba trid tagħmel moħħok hemm.
Il-ward ifuħ imma l-ħobż jagħtik ir-ruħ.
Ix-xogħol għandu jiġi qabel id-divertiment.
Għal tal-aħħar m’hemmx palju.
Ma tistax tieħu l-mertu tax-xogħol li għamlu ta' qablek.
Ma jafx x’inhu serħan min qatt ma ħadem.
Tkun taf x'inhu serħan meta tbati f'xogħlok.
Jekk min jinseġ iżomm il-miċċa, jitwi l-biċċa.
Meta tishar (= taħdem overtime) taqla' iżjed flus. Miċċa hija ftila.
Għal tal-aħħar m’hemmx palju.
Ma tistax tieħu l-mertu tax-xogħol li għamlu ta' qablek.
Għal naqra melħ tħassarx il-borma.
Għal naqra, agħmel ix-xogħol sew.
Għal melħa ma jħallix il-borma ħelwa.
Għal naqra, agħmel ix-xogħol sew.
Dak bħas-siġra tal-luq, la tiekol minnha u lanqas idduq.
Min ma jridx jaħdem xejn ma tieħu mingħandu.
Ħmar qammas jikser sinslet id-dahar.
L-injorant ma jagħmilx xogħol tajjeb.
Imċappas bid-demm u laħam ma jikolx.
Tagħmel ix-xogħol inti u ġieli tispiċċa ma tgawdi xejn minnu.
Il-kotra tegħleb il-bokra.
Meta nkunu magħqudin inkunu iżjed b’saħħitna u x-xogħol isir iżjed malajr. Bokra ġejja minn bakkar, tqum kmieni.
Il-maħbeż meta tmissu jaqbeż.
Qis li tlesti x-xogħol li għandek bħalissa qabel ma tibda xogħol ieħor. Maħbeż huwa forn tal-ħobż.
Jekk min jinseġ iżomm il-miċċa, jitwi l-biċċa.
Meta tishar (= taħdem overtime) taqla' iżjed flus. Miċċa hija ftila.
Aħjar tishar milli tbakkar.
Dak li għandek tagħmel agħmlu llum, mhux għada.
Ix-xogħol u s-sahar huma missier u omm il-ġid.
Irridu naħdmu u nishru biex nirnexxu u nkunu kuntenti.
Meta jorqod il-qattus, il-ġrieden joħorġu.
Jekk l-imgħallem ma jagħtix kas, ma jkunx hemm dixxiplina fuq ix-xogħol.