Min jaħdem fl-irqiq irid jiekol.

Min jagħmel xogħol tedjanti jew diffiċli fiżikament jeħtieġ jiekol sew.
Kategoriji: ix-xogħol | l-ikel

    Il-kotra tegħleb il-bokra.

    Meta nkunu magħqudin inkunu iżjed b’saħħitna u x-xogħol isir iżjed malajr. Bokra ġejja minn bakkar, tqum kmieni.

    Tiġieġa ħawtiela bajjada.

    Tiġieġa bieżla tagħmel bajd sabiħ, bħal min jistinka biex jagħti prodott sabiħ. Ħawtiela tfisser ħabrieka u bajjada tfisser li tbid.

    Inkella r-roqba, inkella l-ħobża.

    Fil-passat ċerti xogħlijiet kienu riskjużi, bħal pereżempju xogħol il-baħħara, imma xorta kellu jsir biex taqla' x'tiekol u tgħajjex lill-familja. Ir-roqba tfisser l-għonq.

    Pin It on Pinterest