Biex tagħmel biċċa xogħol tajba trid tagħmel moħħok hemm.
Min isuq wisq ħażin jogħtor il-ħmar.
Min hu għajjien jistrieħ.
Min għejjieh ix-xogħol jistrieħ u jiddeverti sabiex ikollu s-saħħa jkompli wara.
Il-ġifa jsib xortih.
Min ma jrid jagħmel xejn imur aħjar minn min hu bieżel.
Min jaħdem jiekol sardina u min ma jaħdimx jiekol gallina.
L-għażżien jew min ma ħaqqux igawdi minn fuq dahar min jagħmel xogħlu sew.
Il-bieżel ma jsib l-ebda triq magħluqa.
Min jaħdem u jistinka dejjem jasal fejn irid.
Mhux kull min għandu wiċċu mġemmed sar ħaddied.
Mhux imbilli tkun tagħmel ċertu xogħol jew tkun ta' xi sengħa, trid tkun tassew tinqala' fih(a).
Imsejken ta’ bennej jibni ġebla u jħott tnejn.
Jekk ma tkunx kapaċi f'xogħlok, rigress tagħmel mhux progress.
Meta għandek maħbeż la żżidx ieħor, ħallih jaħbeż.
Meta jkollok furnata ħobż (= maħbeż) qiegħda tinħema, stennieha qabel tibda oħra, bl-istess mod li għandek taqbad biċċa xogħol oħra ladarba tlesti dik li għandek f'idejk issa.
Min jidra bis-sisija, la jrid xogħol u lanqas tbatija.
Mix kielu l-għażż u dara jgħix minn fuq dahar ħaddieħor, ma jkunx irid jaħdem u jbati. Is-sisija hija l-karità.
L-għażżien xogħlu tqil.
L-għażżien ma jtajjarx xogħol.
Kulħadd jaqra fi ktiebu.
Kulħadd f'xogħlu jifhem.
Min hu għajjur f’iklu, għajjur f’xogħlu.
Jekk trid tiekol tajjeb jeħtieġ li tmidd idejk u taħdem.
Ma tismax minni, ma tikolx ħobżi.
Jew tagħmel kif ngħidlek jiena, jew ma nqabbdekx tagħmel xogħol iżjed.
Għajjur f’iklu, għajjur f’xogħlu.
Biex taqla' x'tiekol trid taħdem u tistinka.
Min jaħdem jaħġem.
Min jagħmel xogħol diffiċli fiżikament jeħtieġ jiekol sew. Jaħġem tfisser jibla' (l-ikel).
Ħidma u bżulija u tfittixx x’tagħmel in-nies.
Agħmel xogħlok u ħallik min-nies.
Min jgħid kontra s-sengħa ma jsirx mgħallem.
Min imaqdar xogħlu qatt ma jitgħallmu sew.
Mingħajr għodda ma taħdimx.
Ma tistax tagħmel xogħol tajjeb mingħajr l-għodda t-tajba.
Jiekol bir-riħa u jħallas biċ-ċekċik.
Min ix-xogħol ma jagħmlux sew, ma jaqlax flus.
Il-ward ifuħ imma l-ħobż jagħtik ir-ruħ.
Ix-xogħol għandu jiġi qabel id-divertiment.
L-ewwel terz għali.
Meta tibda biċċa xogħol, l-ewwel ftit dejjem jinħass diffiċli sakemm tikkarga.