Kisra tal-art ħelwa u tal-baħar morra.Ix-xogħol ta' fuq il-baħar huwa ferm iżjed diffiċli mix-xogħol fuq l-art. Kisra tirreferi għal kisra ħobż.
Min jitrabba fl-għażż jitbiżżel fil-ħjieġ.Min hu għażżien xorta waħda jiġi bżonn (= il-ħjieġ) il-flus u jkollu jaħdem (= jitbiżżel) bħal ħaddieħor.
Is-sawt u ż-żmien ibiżżlu l-għażżien.Min hu għażżien jeħtieġ li tiddixxplinah fuq medda ta' żmien twil biex jitgħallem imidd idejh.
Mhux kull min għandu wiċċu mġemmed sar ħaddied.Mhux imbilli tkun tagħmel ċertu xogħol jew tkun ta' xi sengħa, trid tkun tassew tinqala' fih(a).
F’xogħol ta’ ħorrox borrox l-istokk u ż-żebgħa jgħattu kollox.Ix-xogħol ħażin hemm mezz kif jitranġa.