L-ewwel ratal dejjem jinħass tqil.Meta tibda biċċa xogħol, l-ewwel ftit dejjem jinħass diffiċli sakemm tikkarga.
Min jirkeb jeħtieġlu jniegħel.Min irid igawdi jeħtieġ li jagħmel ix-xogħol diffiċli jew antipatku wkoll biex jasal. Iniegħel tfisser ilibbes in-nagħla liż-żiemel.
Ma jafx isajjar min ma jafx inajjar.Biex tagħmel biċċa xogħol sew, trid tkun taf l-elementi bażiċi. Inajjar tfisser jieħu ħsieb in-nar.