Il-ħmar ħaddmu għal rasu biex tkun taf x’jiswa.Tara bniedem kemm hu kapaċi meta tħallih jagħmel biċċa xogħol waħdu.
Il-qawmien kmieni jsaħħaħ u jtawwal il-ħajja.Min ibakkar (iqum kmieni) ileħħaq jagħmel ħafna matul il-ġurnata.
Ix-xogħol jeqred il-fies u l-vizzju jeqred in-nies.L-għodod tax-xogħol jinqerdu bl-użu, iżda l-vizzji jeqirdu l-bniedem. Fies huwa tip ta' għodda li taqta' l-ġebel.
Xogħol ta’ ħorrox borrox, imma l-istokk u ż-żebgħa jgħattu kollox.Ix-xogħol ħażin hemm mezz kif jitranġa.