Ix-xogħol ħażin hemm mezz kif jitranġa.
Qwiel relatati
Il-qawwa sa ma tibda.
Qabel tibda biċċa xogħol issibha bi tqila, iżda malli tibda tiġi l-enerġija biex tkompli.
Ħobż il-bieżel jieklu l-għażżien.
Min hu għażżien japprofitta minn xogħol il-bieżel.
Il-bokra ssewwi ż-żokra.
Min ibakkar (iqum kmieni) ileħħaq jagħmel ħafna matul il-ġurnata.
Ħidma ta’ sena marret f’siegħa.
Qawl dwar il-logħob tan-nar iżda li japplika wkoll b'mod ġenerali: tkun ilek sena taħdem qatigħ fuq xi ħaġa biex fl-aħħar mill-aħħar tgawdiha għal ftit ħin biss.
Il-ħmar ħaddmu għal rasu biex tkun taf x’jiswa.
Tara bniedem kemm hu kapaċi meta tħallih jagħmel biċċa xogħol waħdu.
