Tal‑aħħar ibaħħar.
Dak tal‑aħħar ikollu d‑dmir li jtemm il‑ħimda li tkun qed issir, u b'hekk ilaqqat ix‑xogħol kollu li jkun għad fadal. Barra minn dan, kienet popolari s‑superstizzjoni fejn il‑fumigazzjoni kienet issir biex jitkeċċew l‑ispirti ħżiena. Għalhekk ukoll, waqt il‑funerali — wara l‑karru tal‑mejtin — kien ikun hemm wieħed bi skutella tal‑fidda bl‑inċens jaqbad fiha meta jkun dieħel iċ‑ċimiterju. Il‑karru kien ikun akkumpanjat minn erba' bekkamorti u warajhom dak tal‑inċens li jkun qed ibaħħar: tal‑aħħar ilaqqat kollox, kemm it‑tajjeb kif ukoll il‑ħażin.