Mill-għeneb joħroġ l-inbid, imma joħroġ il-ħall ukoll.Minn kull ħaġa tista' toħroġ it-tajjeb jew il-ħażin, skont l-azzjonijiet tiegħek.
Min igerger minn salibu jiġih wieħed agħar.Min jilmenta mill-ħażin li għandu f'ħajtu jagħmel ħażin, għax dejjem tista' tkun agħar.
Lil qalbek uriha lil kulħadd u tagħtiha lil ħadd.Kun qalbek tajba ma' kulħadd, iżda oqgħod lura milli tafda żżejjed għax jiddispjaċik.
Il-qattus iħobb bil-għama u l-kelb bix-xaba’.Il-qtates juru mħabba lejn sidhom b'mod differenti mill-klieb.