Min hu bla direzzjoni morali, jispiċċa jinġarr mill-ħażin.
Qwiel relatati
Agħlaq il-bieb qabel ma taħrab id-debba.
Ilqa' għall-ħsara li tista' ssir; wara jkun tard wisq.
F’kollox issib it-tajjeb u l-ħażin.
Kull ħaġa għandha s-sabiħ u l-ikrah tagħha.
Kulħadd b’xi għilla, min bis-sabar u min bil-qilla.
Kulħadd għandu t-taqbida tiegħu fil-ħajja, hemm min jieħu paċenzja u hemm min jirrabja. Għilla tfisser mard.
Kulħadd jieħu li ħaqqu.
Meta tagħmel xi ħaġa ħażina, trid tkun lest tbati l-konsegwenzi.
Min ma jbiddilx idewwed.
Il-bidla f'kollox sabiħa (fil-ħbieb, ix-xogħol, l-attutidni, il-mentalità, eċċ.) għaliex tevita konsegwenzi koroh (il-monotonija, l-abbużi, il-passività, l-arroganza, eċċ.).
