Min jagħmel il-ħażin lil ħaddieħor, dak l-istess ħażin jiġi fuqu.
Min ma jaqax ma jqumx.
Tgħallem mill-iżbalji tiegħek biex terġa' fuq saqajk u tmur għall-aħjar.
Kategoriji: il-ħażin | is-sens komun | it-tajjeb
Qwiel relatati
Bagħal magħlub ibelgħen.
Aktar ma l-affarijiet jibdew ġejjin ħażin, aktar ikollok xortik ħażina.
Ħares warajk u tħarisx quddiemek.
Oqgħod attent, huwa aktar faċli li ħaddieħor jagħmillek il-ħażin minn wara dahrek milli f'wiċċek.
Fil-ħajja gwerra l-ħin kollu.
Fil-ħajja dejjem hemm xi diffikultà x'tegħleb.
Min jibki u min jidħaq.
Kulħadd xortih fid-dinja, min ferħan u min imdejjaq.
Mill-ħażin tistenniex li joħroġ it-tajjeb.
Mingħand min hu azzjonitu ħażina tistenniex mod ieħor.
