Ħadd mhu speċjali, jista' jiġrilek kull ħaġa li tista' tiġri lil ħaddieħor.
Qwiel relatati
Konna aħjar meta konna agħar.
Mingħalina li l-affarijiet kienu se jmorru għall-aħjar, imma minflok marru għall-agħar.
Lill-pastaż agħtih biċċa minn dejlek u erħilu jmur.
Aħrab il-ħażin u lil min jaqla' l-inkwiet. Dejlek tfisser id-dublett tiegħek.
Larinġa ħażina tħassar qartalla.
Il-ħażin dejjem iħassar it-tajjeb. Qartalla tfisser basket kbir tal-qasab.
Min m’għandux salib għandu domna.
Kbira jew żgħira, kulħadd għandu xi tip ta' problema fid-dinja.
Ġonġol imġenġel qatt ma jiġġenġel.
Il-ħażin, ħażin jibqa’.
