Lill-ħażin agħtih biċċa minn dejlek u erħilu jmur.Aħrab il-ħażin u lil min jaqla' l-inkwiet. Dejlek tfisser id-dublett tiegħek.
Din id-dinja għall-imxuma.Fid-dinja trid taċċetta li hawn ħafna ħażin u dwejjaq. Imxuma tfisser dwejjaq.
Min jeqleq żejjed fl-aħħar isibha xortih.Min qatt ma jikkuntenta b'xejn sa fl-aħħar tasal xi ħaġa li togħġbu. Jeqleq tfisser jilmenta.
Meta tisma’ hemm l-oħrajn, tinsa tiegħek.Tikkonsla meta tisma' bl-affarijiet il-ħżiena li jiġru lil ħaddieħor.