Denbu taħt il-blat; jitqanżaħ iżda ma jinqalax.Jiġu ċirkostanzi fejn il-ħajja tagħtik wisq mill-agħar, u tagħmel x'tagħmel ma tkun tista' teħles b'xejn mill-għawġ.
Id-dinja raddiena, daqqa minn fuq int u daqqa minn fuq jiena.Mhux dejjem inkunu xortina tajba, iżda mhux dejjem inkunu xortina ħażina.
Min iħoss toqlu ma jħossx tal-oħrajn.Min għandu ħafna problemi ma jimpurtahx mill-problemi ta' ħaddieħor.