Trid tkun għaddejt mill-istess esperjenzi koroh ta' ħaddieħor biex tassew tifhmu u tagħdru.
Kelb għalkemm jixjieħ jibqa’ jigdem.
Bniedem ħażin ma jinbidilx, mhux imbilli jixjieħ.
Kategoriji: il-ħażin | l-annimali
Qwiel relatati
Min m’għandux x’jiekol m’għandux x’jitma’.
Min mhux kapaċi jieħu ħsieb tiegħu nnifsu, mhux kapaċi jieħu ħsieb ħaddieħor.
Aħseb il-ħażin biex it-tajjeb ma jonqosx.
Tafdax iżżejjed u ma titqarraqx.
Ħaxixa ħażina tikber kullimkien.
Il-ħażin kullimkien issibu, tmur fejn tmur.
L-azzjoni ta’ min jagħmilha, mhux ta’ min jirċeviha.
Azzjoni ħażina tirrifletti ħażin fuq l-aggressur mhux fuq il-vittma.
Meta tisma’ hemm l-oħrajn, tinsa tiegħek.
Tikkonsla meta tisma' bl-affarijiet il-ħżiena li jiġru lil ħaddieħor.
