Min igerger minn salibu jiġih wieħed agħar.Min jilmenta mill-ħażin li għandu f'ħajtu jagħmel ħażin, għax dejjem tista' tkun agħar.
Li kieku x-xuxa kienet żina ma tinbitx f’xaqqet it-tina.Min huwa fartas m'għandux għalfejn iħossu ħażin ħdejn min għad għandu xagħru (= ix-xuxa), wara kollox is-suf kullimkien jikber, anke fix-xaqq tal-warrani (= it-tina).
Lil min jaħralek f’idek tiddejjaqx iċċappashulu ma’ wiċċu.Qis li tiddefendi lilek innifsek kontra min jipprova jagħmillek il-ħsara.