Ilbieraħ kilt tiġieġa, illum bajda mgħollija u għada nixrob l-ilma tal-lissija.Ix-xorti taf tkun kattiva ħafna, għax filli tidħaqlek u filli ttik bis-sieq. L-ilma tal-lissija huwa l-ilma tal-ħasil.
Mill-għeneb joħroġ l-inbid, imma joħroġ il-ħall ukoll.Minn kull ħaġa tista' toħroġ it-tajjeb jew il-ħażin, skont l-azzjonijiet tiegħek.
Il-kelb il-mismut kull ilma jaħsbu misħun.Min ikun għadda minn esperjenza ħażina joqgħod iżjed attent li ma jerġax jgħaddi minnha.