Denbu taħt il-blat; jitqanżaħ iżda ma jinqalax.Jiġu ċirkostanzi fejn il-ħajja tagħtik wisq mill-agħar, u tagħmel x'tagħmel ma tkun tista' teħles b'xejn mill-għawġ.
Dak li jidħol mill-gerżuma ‘l ġewwa kollu sewwa.Bħalma l-bniedem jiekol biss ikel tajjeb, hekk ukoll jaf jagħżel it-tajjeb mill-ħażin.
Meta tisma’ hemm l-oħrajn, tinsa tiegħek.Tikkonsla meta tisma' bl-affarijiet il-ħżiena li jiġru lil ħaddieħor.