Fuħħara li ġġelġel imxiegħra.Il-ħażin, ħażin jibqa'. Fuħħara hija reċipjent u "imxiegħra" tfisser "imxaqqa".
Miġja ta’ nutar, tajjeb jew ħażin, iġġib l-aħbar.Dari n-nutar kien imur fid-dar tan-nies, u l-miġja tiegħu kienet tkun tfisser li ser jiġri xi ħaġa kbira, bħal xi wirt, testment, kuntratt, eċċ.
Mill-għeneb joħroġ l-inbid, imma joħroġ il-ħall ukoll.Minn kull ħaġa tista' toħroġ it-tajjeb jew il-ħażin, skont l-azzjonijiet tiegħek.
Kull min jagħmel il-qabar għal sieħbu jindifen fih.Min jagħmel id-deni lil ħaddieħor, ma jsibx ġid mingħand ħaddieħor; anzi, il-ħajja tpattihielu.