Żomm 'il bogħod min-nies ħżiena. Dejlek tfisser ħwejġek f'dan il-każ.
Il-ħanżir b’xaħmu jinqela.
In-nies ħżiena malajr isibu lil xi ħadd bħalhom li jagħmlilhom il-ħsara.
Kategoriji: il-ħażin | l-annimali
Qwiel relatati
Min jirteħa jittieħed.
Min hu bla direzzjoni morali, jispiċċa jinġarr mill-ħażin.
Min joqtol ma jaħtix daqs min jagħwi.
Min jagħmel azzjoni ħażina m'għandux tort daqs min istigah jagħmilha.
Meta l-laħam hu ħażin, agħar jiġi l-brodu.
Mill-affarijiet il-ħżiena joħorġu affarijiet agħar.
Kull baħar jipplaka.
Kull ħaġa ħażina xi darba tasal fi tmiemha. Jipplaka tfisser jikkalma.
Min imur ikittef joħroġ imnittef.
Min jagħmel il-ħażin lil ħaddieħor, dak l-istess ħażin jiġi fuqu.
