L-aħħar tibna kisret dahar il-ħmar.Kien jonqos l-aħħar azzjoni żgħira biex persuna jew sitwazzjoni tikkrolla wara serje ta' problemi akkumulati.
B’ħobża tagħmel mitt mil u b’mitt ħobża ma tagħmilx mil.Meta kollox ikun miexi sew teħles malajr, iżda meta kollox jibda ġej bil-kontra, iddum ħafna iżjed.
Larinġa ħażina tħassar qartalla.Il-ħażin dejjem iħassar it-tajjeb. Qartalla tfisser basket kbir tal-qasab.