Min jaqla’ laqam għandu seba’ snin il-purgatorju.Superstizzjoni Maltija li min jasal jaqla' laqam ikollu jpatti għalih billi jqatta' seba' snin il-purgatorju wara mewtu.
L-ilma jsaqqi l-ħatab u l-ħatab jgħalli l-ilma.Tagħmel il-ġid mal-proxxmu, iżda dan ma jkunx rikonoxxenti.
Fejn bidt, mur kul il-qanneb.Issa li għamilt id-deċiżjoni l-ħażina, lesti ruħek biex tbati l-konsegwenzi.
Aħseb dejjem li l-hemm li temm lil ġarek jista’ jidħol f’darek.M'intix speċjali, dak li jiġri lil ħaddieħor jista' faċilment jiġri lilek.