Agħmel il-ġid u nsieh; agħmel id-deni u ftakar fih.Ftakar fid-deni li tkun għamilt biex tpatti għal għemilek.
Itfagħha għal rasha forsi tiġi għal saqajha.Fejn ma tafx, ħu sogru u agħmel xi ħaġa kif ġie ġie - jekk tkun xortik tajba, jaf tiġik tajba wkoll.
Lill-pastaż agħtih biċċa minn dejlek u erħilu jmur.Aħrab il-ħażin u lil min jaqla' l-inkwiet. Dejlek tfisser id-dublett tiegħek.
Min jaqla’ u jagħti l-infern ibati.Superstizzjoni Maltija li jekk xi ħadd jagħtik xi ħaġa u tagħtiha, ikollok tbati l-infern ta' kemm kont ingrat.