Ix-xogħol meqjus bħala baxx bilfors irid jagħmlu xi ħadd.
Minn ħanut wieħed la tixtrix; minn triq waħda la tgħaddix.
Tiħux id-drawwa li tagħmel dejjem l-istess affarijiet bl-istess mod, biex min irid jissindikak u jqasqas fuqek ma tpaxxihx.
Kategoriji: il-karattru | is-soċjetà
Qwiel relatati
Dejjem sebaħ bla serduq.
Ħadd mhu daqshekk importanti fid-dinja li ma jistax jeħodlu postu ħaddieħor.
Min hu kbir, bħal min hu fil-għoli, jara lill-oħrajn taħtu żgħar.
Min ikollu ċerta awtorità jew ikun ta' ċerta importanza ma jistmax liż-żgħir.
Min jiflaħ aktar minnek erħilu jgħaddi.
Min għandu iżjed saħħa jew awtorità minnek, ma jaqbillekx ikollok xi tgħid miegħu.
Ħajt tas-sejjieħ la jaqa’ jistrieħ.
F'ċerti sitwazzjonijiet, tagħmel x'tagħmel ma tkunx tista' tgħin lill-persuna.
Ħalli x-xini jimxi għal ġenbu.
In-nies jgħidu ħafna xorti imma f'idejk kemm tagħti kashom.
