Ħadd mhu partikolarment speċjali, twarrab inti jeħodlok postok ħaddieħor.
Meta jkollok issib il-ħbieb, meta ma jkollokx issib il-klieb.
In-natura tal-bniedem dik hi: meta jkollok il-flus iduru miegħek, u meta ma jkollokx jabbandunawk.
Kategoriji: il-faqar | il-flus | il-ħbieb | is-soċjetà
Qwiel relatati
Min jitwieled fuq il-ward imut fuq ix-xewk.
Min jitwieled f'familja stabene ma jfissirx neċessarjament li jgħix fil-lussu ħajtu kollha.
Min jikkmanda jagħmel il-liġi.
Għandek taċċetta li hemm min għandu iżjed awtorità minnek.
Il-ħajjat qalzietu mraqqa’.
Min joffri servizz tajjeb lil ħaddieħor jispiċċa joffri l-istess servizz ħażin lilu nnifsu.
Kulma jingħad minn warajja nistmah taħt saqajja.
Dak li n-nies jgħidu minn wara dahrek tagħtix kasu.
Il-ġustizzja mis-sema ’l fuq.
Fid-dinja m'hawnx ġustizzja.
