Ħadd mhu importanti daqs kemm jaħseb fid-dinja.
Kull par għal paru.
Kulħadd ifittex lil min ikun jixbhu: fil-karattru, fl-età, fil-klassi soċjali, eċċ.
Kategoriji: il-karattru | is-soċjetà
Qwiel relatati
Bormot ix-xirka qatt ma ssir sewwa.
Hemm bżonn li xi ħadd wieħed biss imexxi l-partijiet kollha ta' proġett.
Daqqa ta’ għama semagħha trux.
Jekk min suppost qed imexxi ma jikkonvinċix bl-argumenti tiegħu, ħadd ma jagħti kasu.
Il-qawwa u d-dnewwa jitbqu l-fomm.
L-użu tas-setgħa u l-vjolenza (= dnewwa) jagħlqu ħalq min jazzarda jirvilla.
Jekk terfa’ l-ġlekk taqla’ u jekk ma terfgħux ukoll.
Tagħmel x'tagħmel dejjem taqlagħha ġo wiċċek.
In-nies inġies.
In-nies lesti jaqgħu fil-baxx biex jieħdu li jridu.
