Min ikun f'pożizzjoni ta' awtorità dejjem jieħu l-aħjar, u jħalli l-laqx lill-oħrajn.
Kul għal qalbek u imxi għal għajn in-nies.
Ħadd ma jtella’ lil nanntu fis-sala.
Hemm min ikun laħaq jew tal-flus u jkun jistħi juri li ġej minn ambjent umli.
Lill-furnar ħobża islifhielu, għax jekk ma jroddhilekx issib kif teħodhielu.
Tħabbeb ma' min għandu l-flus jew l-awtorità, tmur minn fuq tista'.
Il-wegħda jew ittemmha jew ittemmek.
Superstizzjoni Maltija fejn kienu jemmnu li jekk ma ttemmx wegħda, jiġrulek affarijiet ħżiena.
Ħadd ma jagħmel imsarnu f’żaqqu.
Kulħadd ifittex li jkun aħjar minn ħaddieħor.
Dejjem sebaħ bla serduq.
Ħadd mhu daqshekk importanti fid-dinja li ma jistax jeħodlu postu ħaddieħor.
L-ilsir ikollu jbus l-id li jixtieq maqtugħa.
Kultant ikollna nagħmlu affarijiet li ma nixtiqux nagħmlu.
Ħalli x-xini jimxi għal ġenbu.
In-nies jgħidu ħafna xorti imma f'idejk kemm tagħti kashom.
Mingħajr qaddisin ma titlax is-sema.
Biex tasal fejn trid, jeħtieġ li ssib min jgħinek jew jgħaddilek kelma.
B’laqxa waħda ma ssajjarx.
Kultant biex timxi 'l quddiem ftit għajnuna mhix biżżejjed.
Ma jmutx re u jitfaċċa ieħor aħjar minnu.
Meta jinbidel il-mexxej ta' xi organizzazzjoni, stennieh ikun agħar mhux aħjar.
Bik amir u bija amir, min se jsuq il-ħmir?
Jeħtieġ li xi ħadd wieħed biss imexxi.
Kull qabil għal qabilu.
Kulħadd ifittex lil min ikun jixbhu: fil-karattru, fl-età, fil-klassi soċjali, eċċ. Qabil tfisser speċi (species).
Jekk jiena nibni kulħadd iweġibni.
Meta jkollok il-propjetà, ifisser li inti tal-flus u n-nies jibdew jirrispettawk iżjed.
L-inbid ġdid ikemmex il-ħalq.
Meta jinbidlu r-regoli dejjem ser ikun hemm min jopponi.
Daqqa ta’ għama semagħha trux.
Jekk min suppost qed imexxi ma jikkonvinċix bl-argumenti tiegħu, ħadd ma jagħti kasu.
L-ilsir ikollu jbus l-id li jixtieq maqtugħa.
Kultant ikollna nagħmlu affarijiet li ma nixtiqux nagħmlu.
Il-liġi saret bħall-banavolja.
In-nies ħżiena jmorru aħjar mal-ġustizzja mill-vittmi. Banavolja tfisser brikkun.
In-naħal jaħdem u r-reġina tieħu l-ġieħ.
Il-ħaddiema jaħdmu u jbatu u ta' fuqhom igawdu l-frott ta' xogħolhom.
Il-liġi taqbad il-ħuta ż-żgħira.
Maż-żgħir il-ġustizzja għandha ħafna saħħa, iżda mhux mal-kbir.
Il-qawwa u d-dnewwa jitbqu l-fomm.
L-użu tas-setgħa u l-vjolenza (= dnewwa) jagħlqu ħalq min jazzarda jirvilla.