Kulħadd irid iseffaq wiċċu mal-problemi tal-ħajja.
Il-bass jiġi wara r-rass.
Kulħadd iħobb jikkmanda.
Kulħadd jaħseb li tiegħu tajjeb.
Il-qorti fiha bieb mnejn tidħol u le mnejn toħroġ.
Il-kawżi l-qorti jdumu ħafna biex jinqatgħu.
Kulħadd merqtu u ftietu.
Agħti kas l-affarijiet tiegħek u ħallik minn ta' ħaddieħor.
Il-banda ddoqq u l-bajtar dieħel.
Meta ħadd ma jkun jimpurtah kollox imur ħażin.
Ħalli x-xini jimxi għal ġenbu.
In-nies jgħidu ħafna xorti imma f'idejk kemm tagħti kashom.
L-għaqda ġġib is-saħħa.
Meta nkunu magħqudin inkunu iżjed b'saħħitna u jkun iżjed diffiċli tegħlibna.
Il-musmar imsaddad irqiq u jagħmel ħoss.
In-nies ta' klassi baxxa u bla manjieri ma jiswew xejn imma jagħmlu ħafna storbju biex jidhru.
L-inbid ġdid ikemmex il-ħalq.
Meta jinbidlu r-regoli dejjem ser ikun hemm min jopponi.
Aħjar ras ta’ nemla minn denb ta’ ljun.
Aħjar tkun żgħir u tmexxi inti, milli taqdi u tpaxxi lill-kbir.
Ċafċaflu papru la sibt l-ilma.
Fejn m’hemmx dixxiplina jkun hemm abbuż wara abbuż, bla rażan.
Il-liġijiet għal kulħadd xorta waħda.
Suppost li kulħadd indaqs f'għajnejn il-liġi.
Malta żgħira u n-nies magħrufa.
Malta pajjiż żgħir u kulħadd jaf lil xulxin, jiġifieri oqgħod attent.
Ibża’ mill-fqir li jsir sinjur u mill-qaħba li tiġbor l-unur.
Min jagħmel suċċess ikun bata u minħabba f'hekk, iwebbes qalbu.
Borma bejn l-ixirka jew nejja jew maħruqa.
L-affarijiet ma jimxux sew meta jkun hemm ħafna mexxejja.
Il-liġi donnha mhix għal kulħadd xorta waħda.
Tistenniex ġustizzja fid-dinja.
Ħadd ma jagħmel imsarnu f’żaqqu.
Kulħadd ifittex li jkun aħjar minn ħaddieħor.
M’hemmx żiemel li jiġri wisq u ma sabx ieħor li għaddieh.
Dejjem ser issib xi ħadd aqwa minnek, tajjeb kemm inti tajjeb.
B’laqxa waħda ma ssajjarx.
Kultant biex timxi 'l quddiem ftit għajnuna mhix biżżejjed.
Min hu man-nies jew bla saħħa jew bla ġieħ.
Min jaħdem man-nies biex jirnexxi jrid jew jaħdem sakemm jispiċċa bla saħħa, jew inkella jitlef ġieħu għax ibigħ lilu nnifsu.
Kulħadd taħt sema wieħed.
Kulħadd irid iseffaq wiċċu mal-problemi tal-ħajja.