Daqqa ta’ għama semagħha trux.Jekk min suppost qed imexxi ma jikkonvinċix bl-argumenti tiegħu, ħadd ma jagħti kasu.
Il-qarn xieraq f’ras il-baqra.Għandek dejjem tilbes adatt għalik. Dari kienu joqogħdu attenti li jilbsu skont il-klassi soċjali.
Mingħajr qaddisin ma titlax is-sema.Biex tasal fejn trid, jeħtieġ li ssib min jgħinek jew jgħaddilek kelma.
Is-sagristan jekk ma jmissx max-xema’ jmiss mar-ruttan.Meta ma jkun hemm ħadd jissorvelja, kulħadd jagħmel li jrid, bħas-sagristan diżonest li jobrom li jista'. Ruttan tfisser xema' mdewba.
Min jiflaħ iħawwel.Min għandu iżjed saħħa jew awtorità minnek, ma jaqbillekx ikollok xi tgħid miegħu.