F'kull soċjetà ssib il-marmalja (= il-karfa).
Aħjar ras ta’ nemla minn denb ta’ ljun.
Aħjar tkun żgħir u tmexxi inti, milli taqdi u tpaxxi lill-kbir.
Kategoriji: is-soċjetà | l-annimali
Qwiel relatati
Fejn hemm is-susa, il-ġlied ma jonqosx.
Meta l-morali tas-soċjetà jibdew jiddgħajfu, jinqala' l-inkwiet.
Is-smigħ ma fihx irfigħ.
Min jeżegwixxi l-ordnijiet ta' dawk ta' fuqu, ma jerfa' l-ebda responsabbiltà.
L-aħjar kulħadd merqtu u ftietu.
Ara l-affarijiet tiegħek u ħalli lil ħaddieħor bi kwietu.
Il-ħuta l-kbira dejjem kielet iż-żgħira.
Ma tista' tagħmel xejn kontra min għandu iżjed setgħa minnek.
Ċafċaflu papru la sibt l-ilma.
Fejn m’hemmx dixxiplina jkun hemm abbuż wara abbuż, bla rażan.
