Dak li jagħqad sa San Mikiel jidħol fil-miżien.Dak li jinħasad sal-aħħar ta' Settembru (eż. l-patata) tajjeb ukoll u tista' tbigħu.
F’Tal-Vitorja l-baħar jitla’ fl-għolja.Il-baħar jibda jitqawwa fil-Vitorja, li tiġi fit-8 ta’ Settembru.
Li jagħqad f’San Mikiel jidħol fil-miżien.Dak li jinħasad sal-aħħar ta' Settembru (eż. l-patata) tajjeb ukoll u tista' tbigħu.
Jekk il-qamar ta’ Settembru jimla bix-Xlokk, jagħmel ix-Xlokk seba’ xhur fis-sena.Jekk f’Settembru jkun qamar kwinta bir-riħ mix-Xlokk, jibqa’ jagħmel riħ mix-Xlokk seba’ xhur wara.
Ix-xahar tal-Vitorja l-ħalib itir fl-arja.Dari l-prezz tal-ħalib kien jiżdied ġmielu f'Settembru minħabba li kien ikun hemm inqas provvista. Ix-xahar tal-Vitorja jirreferi għal Settembru.
Konz ta’ Settembru jgħabbi bil-gziez, konz ta’ Diċembru hu wisq bil-qies.Jinqabdu ħafna iżjed lampuki f’Settembru milli f’Diċembru.