Meta l-istilel jibdew iteptpu (= jegħmżu) ħafna, sinjal li jkun ġej ħafna riħ.
Min jitwieled taħt stilla tal-Lvant, ħajtu tkun kollha hena u kant.
Superstizzjoni li dawk li jitwieldu meta l-istilel ikunu fil-Lvant, ix-xorti tidħqilhom u jgħixu ħajja sabiħa.
Kategoriji: il-karattru | il-meteoroloġija | is-superstizzjoni
