Dari x-xebbiet kienu jinnamraw f’Marzu.
Qwiel relatati
F’Marzu l-fart iħoss il-bard minn qrunu.
Tagħmel kesħa kbira f’Marzu. Il-fart jirreferi għall-annimali bovini.
Marzu bl-ilma xebgħan italla’ ġbira, u gozz ikbar tkun tat-tgħam.
It-tgħam (jiġifieri ċ-ċereali) jissaqqa u joktor bix-xita ta’ Marzu.
Marzu jgħid lill-qamħ: “Ikber”. “Ma niflaħx.” “Mela isbel.”
Il-qamħ jisbel jekk ma jkunx kiber sa Marzu.
Meta jidher il-busuf u l-farfett jibda jittajjar, l-art tkun saħnet u l-uċuħ taqbeż kollha nwajjar.
Fl-aħħar ta' Marzu, ix-xitwa tasal fi tmiemha u tibda r-rebbiegħa. Nwajjar huwa d-diminuttiv plural ta' nwara, li tfisser fjura.
Ħruġ Marzu dħul April, ix-xita karru deheb fin.
Ix-xita fl-aħħar ta’ Marzu u fil-bidu ta’ April tagħmel ġid lill-uċuħ tar-raba’.
