It-tajr (l-annimali li jtiru) ibid f’Marzu.
Qwiel relatati
Marzu, il-flissjonijiet komuni bħax-xebbiet.
F’Marzu ħafna taqbadhom il-flissjoni.
Marzu t-twil ġieb l-ixkora tal-qamħ.
It-tħejjijiet għall-ħsad tal-qamħ isiru f’Marzu.
Marzu Marzell, bil-kabozza u bil-kappell.
F’Marzu xi kultant ikollok tilbes ġakketta għax il-bard, u xi kultant il-kappell biex tilqa’ x-xemx. Kabozza hija għamla ta’ kowt.
Xita fi ħruġ Marzu u dħul April, karru deheb u ġawhar fin.
Ix-xita fl-aħħar ta’ Marzu u fil-bidu ta’ April tagħmel ġid lill-uċuħ tar-raba’.
Meta Marzu jaħqarna, il-baqra turina b’qarnha.
Il-baqar iċaqilqu rashom meta f'Marzu tagħmel ħafna kesħa.
