Xita fi ħruġ Marzu u dħul April, karru deheb u ġawhar fin.Ix-xita fl-aħħar ta’ Marzu u fil-bidu ta’ April tagħmel ġid lill-uċuħ tar-raba’.
Meta jidher il-busuf u l-farfett jibda jittajjar, l-art tkun saħnet u l-uċuħ taqbeż kollha nwajjar.Fl-aħħar ta' Marzu, ix-xitwa tasal fi tmiemha u tibda r-rebbiegħa. Nwajjar huwa d-diminuttiv plural ta' nwara, li tfisser fjura.
Meta l-fula tnawwar, il-bergħuda tfawwar.F'Marzu l-ful jibda jagħmel il-fjuri (= inawwar) u l-briegħed joktor.