Ġib ruħek tajjeb u qis kliemek, tikxifx dak li jingħad id-dar.
Qwiel relatati
Li kien il-kliem ġawhar, is-skiet isbaħ minnu.
Is-skiet fih iżjed preġju mill-kliem.
Il-kliem fieragħ ma jimliex l-imtieraħ.
Dak li tagħmel jgħodd, mhux dak li tgħid. Imtieraħ huwa l-plural ta' mitraħ (= saqqu).
Il-gendus jintrabat minn qrunu u r-raġel minn kelmtu.
Bniedem rispettabbli ma jerġax lura minn kelmtu, għax li jkun qal ikun qalu b'intenzjoni.
Ħelu fil-fomm u qares fis-sorm.
Hemm min għandu ħafna kliem sabiħ, iżda minn ġewwa jkun ikrah ħafna.
Isma’ bilfors u emmen jekk trid.
Ikollok tisma' bilfors, iżda f'idejk temminx dak li tisma'.
