Tikkonvinċi lin-nies iżjed malajr bil-ħlewwa milli bl-aggressività. Hejm tfisser persważjoni u dnewwa tfisser vjolenza.
Qwiel relatati
B’qatra għasel taqbad iżjed dubbien milli b’mitt barmil ħall.
Bil-kelma t-tajba jirnexxilek iżjed tikkonvinċi lil dak li jkun.
Min jgħid li jrid ikollu jisma’ milli ma jridx.
Min jitkellem mingħajr ma jiżen kliemu, ikollu jisma' kliem xejn sabiħ mingħand ħaddieħor.
Il-fomm jiftar il-qalb.
Minn kliemu l-bniedem tinduna x'hemm f'qalbu. Jiftar hawn tfisser jikxef.
La tinbagħadx għal ilsienek.
Oqgħod attent xi tgħid għax tispiċċa mibgħud minn kulħadd.
M’għandekx tisma’ qanpiena waħda.
Isma' x'għandu xi jgħid kulħadd u wara asal għall-konklużjoni tiegħek.
