Meta jinbidlu r-regoli dejjem ser ikun hemm min jopponi.
Kategorija: il-liġi
Kap ġdid, liġi ġdida.
Meta tinbidel it-tmexxija, ikun hemm il-bidla.
Il-liġijiet għal kulħadd xorta waħda.
Suppost li kulħadd indaqs f’għajnejn il-liġi.
Il-liġi tiġġebbed kemm tridha.
Il-liġi tista’ tiġi interpretata b’diversi modi, skont min int u lil min taf.
Il-liġi taqbad il-ħuta ż-żgħira.
Maż-żgħir il-ġustizzja għandha ħafna saħħa, iżda mhux mal-kbir.
Il-liġi saret bħall-banavolja.
In-nies ħżiena jmorru aħjar mal-ġustizzja mill-vittmi. Banavolja tfisser brikkun.
Avukat jekk ma jiħdux Alla jieħdu x-xitan.
Avukat ħażin fl-aħħar mill-aħħar jieħu dak li ħaqqu.
Il-liġi donnha mhix għal kulħadd xorta waħda.
Tistenniex ġustizzja fid-dinja.