Dara jerda’ miż-żejża; ħalli naraw meta tmur Trejża.Bniedem li jiddependi l-ħin kollu fuq ħaddieħor isibha diffiċli xħin ikollu jagħmel xi ħaġa waħdu.
Kulħadd iressaq in-nar lejn xawwatu.Kulħadd lejn l-interessi tiegħu jħares. Xawwatu jfisser dak li dak li jkun qed ixawwat/isajjar.
Għidli ma’ min tagħmilha u ngħidlek min int.Il-karattru tiegħek jissawwar skont il-kumpanija li tagħmilha magħha.