L-iskarpan dejjem b’żarbun imqatta’.Tant tkun moħħok biex taqdi jew tikkuntenta lill-oħrajn li tispiċċa tinsa lilek innifsek.
Jekk ma tħattarx, ma tinħatarx.Jekk ma tagħmilx wiċċek, qatt ma tieħu xejn. Tħattar tfisser tagħmel sforz u tinħatar tfisser tintgħażel.
Mill-għira taħbel il-ħanżira.L-għira tant hi qawwija li ġġegħelna naħsbu u naraw affarijiet li ma jkunux veri.