Twegħedhiex li teħodha l‑Imnarja għax tul żmienek tagħmillek l‑arja.
Fl‑antik, meta jiżżewġu r‑raġel kien iwiegħed lill‑martu li jeħodha l‑Buskett fl‑okkażjoni tal‑Imnarja. Jekk ir‑raġel jikkuntenta wisq lill‑martu, din tagħmel li trid bih ħajtu kollha.