Il-bewsa tal-mara jew ir-raġel tiegħek tqanqlek.
Min ifittex il-ġhież ifittex l-uġigħ.
Min jagħmel daru fi xjuħitu jħalli lħitu.
Meta jiżżewweġ kbir ikollu iżjed problemi fiż-żwieġ, probabbilment għax ikollu iżjed esperjenza tal-ħajja.
L-imħabba żejda telf id-dehen.
L-imħabba ġġiegħlek tagħmel il-ġennati.
Iż-żwieġ fih lagħqa ħelu u bettija mrar.
Iż-żwieġ fih iżjed esperjenzi koroh milli sbieħ.
Ħmar tajjeb jinbiegħ f’pajjiżu.
L-imħabba sibha ma' xi ħadd li jkun mill-istess raħal tiegħek, ikollok inqas problemi.
Jekk toħroġ il-vara, ikollok idaħħalha.
Fiż-żwieġ kulħadd responsabbli minn dak kollu li tagħmel martu jew żewġu.
Dar ta’ ksir il-għonq tħarisx lejha.
Tiżżewwiġx lil min għandu l-inkwiet fil-familja.
L-isbaħ żwieġ hu dak li ma jiltaqax.
Il-ħajja miżżewġa tant hi diffiċli li jaqbillek ma tiżżewweġ xejn. Li ma jiltaqax tfisser li ma jsirx.
Armla bla tfal, żejt fin-nar.
Mara armla li ma jkollhiex tfal faċli terġa' ssib l-imħabba.
Għajn ma tara, qalb ma tuġa’.
Inqas ma tara lil xi ħadd, iktar tinsieh malajr.
Kulħadd jifraħ bl-għarusa tiegħu.
Kulħadd jifraħ b'dak li għandu - l-għarus(a), ix-xogħol, id-dar, il-familja, eċċ.
Iż-żwieġ qabel ma jinkiteb fl-art, ikun miktub erbgħin ġurnata qabel fis-sema.
Iż-żwieġ ikun diġà rieda t'Alla qabel isir fl-art.
Li kieku s-sbieħ jiżżewġu kollha, fuq il-koroh taqa’ l-folla.
Imbilli tkun fiżikament attraenti ma jfissirx li se togħġob lil kulħadd.
Inħobbok daqs nwar il-ful, issa li drajtek sejra tmur.
Ir-relazzjoni jew iż-żwieġ ma jirnexxix jekk il-karattri tal-koppja ma jkunux jaqblu. Inħobbok daqs nwar il-ful tfisser nistmerrek.
Miġja ta’ ħabibtek, risq iġġiblek.
Meta tiġi l-maħbuba tiegħek, tnessik id-dwejjaq kollha li jkollok.
Il-grazzja aqwa mill-ġmiel.
Il-ġibda lejn il-karattru ta' persuna hija akbar mill-ġibda lejn is-sbuħija fiżika tagħha.
Din hi l-għarusa; jekk togħġbok aqbadha u jekk ma togħġbokx ħallini nraqqadha.
Meta ma jkollokx għażla, jew tieħu li hemm jew ibqa' b'xejn.
Ċanfira li tidher aħjar mill-imħabba moħbija.
Min tassew iħobbok, iċanfrek għall-ġid tiegħek.
Min għandu l-bniet jeħtieġ l-utied.
Dari min kellu l-bniet kien ikollu jaħsbilhom għad-dota. Utied huma tip ta' msiemer tal-injam biex iddendel il-ħwejjeġ magħhom.
Inħobbok daqs nwar il-ful, issa li drajtek sejra tmur.
Ir-relazzjoni jew iż-żwieġ ma jirnexxix jekk il-karattri tal-koppja ma jkunux jaqblu. Inħobbok daqs nwar il-ful tfisser nistmerrek.
Ġebel ma’ ġebel jiltaqa’.
Fiż-żwieġ il-ħajja tlaqqa' nies li jixirqu lil xulxin.