Iddoqq lill-għarusa biex tiżfen il-qattusa.In-nies jippruvaw iġegħluk temmen li qed jagħmlu xi ħaġa għal skop, mentri fil-verità jkollhom skop ieħor f'moħħhom.
Meta l-faqar jidħol mit-tieqa, l-imħabba toħroġ mill-bieb.Il-faqar huwa sors ta' xkiel għall-imħabba.
Fil-għaqda taż-żwieġ jeħtieġ toqgħod għall-meħtieġ.Meta tiżżewweġ ikollok iżjed responsabbiltà u ma jkollokx l-istess libertà li jkollok meta tkun għadek ġuvni jew xebba.
Armla ta’ tletin tfittex raġel bħall-għamjin, armla ta’ ħamsin tagħżel mill-qalbenin.Armla li tkun għadha żagħżugħa toqgħod inqas attenta minn armla aktar imdaħħla fiż-żmien meta tfittex raġel ieħor.