Meta tasal il-ħuġġieġa ta' San Ġwann fl-24 ta' Ġunju, fittex affarijiet li tista' taħraq.
Qwiel relatati
Ġunju xahar tad-dris u fis-sodda tħoss il-qris.
F’Ġunju jsir id-dris, iżda huwa wkoll żmien il-briegħed.
F’Ġunju jsib il-ftiet, il-bidwi u s-sajjied.
F’Ġunju l-bdiewa u s-sajjieda jibdew jaqilgħu l-flus mill-prodott tagħhom.
Ġunju għall-għomma manju, fis-sodda jagħtina banju.
F’Ġunju nkunu għarqana xraba.
Ġunju ħanin, ixabba’ lill-bidwi u lill-fqir.
F’Ġunju l-bdiewa jagħmlu l-flus, u l-foqra ma jbatux daqstant.
Meta tisma’ l-qerd in-naħal, erfa’ x-xbiek u mur lejn ir-raħal.
Il-qerd in-naħal (għasfur tal-ispeċi Merops apiaster) tarah f'Ġunju, u dan ikun ifisser li l-istaġun tal-kaċċa jkun spiċċa.
