L-uċuħ tar-raba' jkunu fl-aqwa tagħhom fi Frar. L-għamar huwa żmien il-ħsad.
Meta Frar ikollu s-slejjef, il-bidwi jmur joqgħod mal-ġwejjef.
Meta tinzerta sena biżestili (= sena bi 366 jum), ix-xogħol tal-għalqa ma jirnexxix. Is-slejjef għaliex Frar jislef ġurnata.
Kategoriji: Frar | il-biedja | is-superstizzjoni | ix-xhur
Qwiel relatati
It-twil seftur tal-qasir.
Billi Frar (= il-qasir) huwa iqsar minn Marzu (= it-twil), it-temp li ma jagħmilx fi Frar jagħmel f'Marzu.
Fix-xahar ta’ Frar iżra’, saqqi u baqqi ħabaq għazzi.
Dari kienu jkabbru l-ħabaq biex juru li fil-familja hemm xebba lesta għaż-żwieġ.
Frar fawwar, jekk ma toħroġ ix-xemx filgħodu, toħroġ ma’ nofsinhar.
Fi Frar ikun hemm xi ftit xemx, bi tħejjija għar-rebbiegħa.
Fellus ta’ Frar, brodu u fran.
L-għattuqa ta’ Frar tajba ħafna għall-ikel.
Fi Frar ix-xita billejl u xogħol binhar.
Fi Frar ix-xita tagħmel billejl u l-bidwi jaħdem fl-għalqa matul il-ġurnata.
