Ix-xita tnaqqas sew lejn żmien il-karnival (fi Frar).
Qwiel relatati
Fi Frar jindaqqu l-ġlieġel.
Il-karnival jiġi fi Frar.
Fi Frar ix-xita billejl u xogħol binhar.
Fi Frar ix-xita tagħmel billejl u l-bidwi jaħdem fl-għalqa matul il-ġurnata.
Mal-Gandlora stilel fora, l-ajru jtella’ imma jiċċara.
Fil-bidu ta' Frar, daqqa jkun temp ikrah u daqqa jkun bnazzi. Stilel fora tfisser li l-istilel jidhru ċari. Il-Gandlora tiġi fit-2 ta' Frar.
Frar fawwar jimla l-bjar.
Tagħmel ħafna xita fi Frar.
Fellus ta’ Frar, brodu u fran.
L-għattuqa ta’ Frar tajba ħafna għall-ikel.
